Merħba fil-Mini Sit ta’ Cleanright!

F’dan is-sit, inti ssib firxa wiesgħa ta’ informazzjoni utli dwar id-deterġenti, prodotti tat-tindif u tal-manutenzjoni għall-użu fid-dar tiegħek.

Titgħallem dwar l-inizjattivi ewlenin tal-industrija, żviluppati sabiex jippromwovu produzzjoni u konsum sostenibbli. Għandhom l-għan li jifirxu l-aqwa prattika fost il-fabbrikanti u li jħeġġu l-aqwa użu tal-prodotti tal-industrija tagħna mill-konsumaturi. 

Cleanright hija inizjattiva tal-A.I.S.E., l-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-industrija tas-sapun, tad-deterġenti u tal-prodotti tal-manutenzjoni fl-Ewropa, u Cefic, li tirrappreżenta l-industrija tal-kimiċi fl-Ewropa. 

Bħala sit elettroniku appoġġat mill-industrija, Cleanright ma jiddiskutix ditti speċifiċi iżda jipprovdi informazzjoni komuni għall-familji varji ta’ prodotti. L-għan ta’ dan is-sit huwa li jagħtik informazzjoni li tkun teħtieġ sabiex tkun tista’ tagħmel id-deċiżjonijiet informati tiegħek, u sabiex tkun tista’ tikseb l-aqwa riżultati mill-prodotti tiegħek b’mod li jkun bla periklu u ambjentalment responsabbli. 

Il-Karta għal Tindif Sostenibbli hija inizjattiva volontarja mill-industrija li tħeġġeġ lill-fabbrikanti u lill-konsumaturi sabiex jadottaw prattiki ta’ tindif aktar sostenibbli. Bil-mod, il-mod ser tibda ssib il-logo tal-Karta fuq varjetà kbira ta’ prodotti tat-tindif. Għall-ewwel ser tibda ssibu fuq deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ. Sir af aktar hawn

Nittamaw li ssib iż-żjara tiegħek kemm utli kif ukoll ta’ benefiċċju!

Biex taċċessa s-sit elettroniku kollu ta’ Cleanright bl-Ingliż, jekk jogħġbok iklikkja hawnhekk .

Deutsch Français Nederlands
Deutsch Français