Il-Karta għal Tindif Sostenibbli

Image 

Ħarsa ġenerali
Dawn il-logos jirreferu għall-Karta għal Tindif Sostenibbli. Il-Karta hija inizjattiva volontarja mill-industrija li tħeġġeġ lill-fabbrikanti u lill-konsumaturi sabiex jadottaw prattiki ta’ tindif aktar sostenibbli. Is-Simboli tal-Karta li jidhru fuq il-pakketti jindikaw il-konformità tal-kumpaniji ma’ dan il-programm ta’ A.I.S.E volontarju.

Industrija tat-tindif u tal-manutenzjoni aktar sostenibbli
Bħala industrija, għandna responsabbiltà kemm lejn il-pjanetà kif ukoll lejn in-nies li jużaw il-prodotti tagħna. Mhux biss biex ikun żgurat li l-impatti ambjentali jitnaqqsu matul il-proċess ta’ manifattura kollu, iżda wkoll biex tgħin lilna lkoll nillimtaw l-impatti tagħna stess. L-aktar riċerka riċenti tagħna turina li l-konsumaturi madwar l-Ewropa huma mħassba dwar is-sostenibbiltà meta jixtru u jużaw prodotti tat-tindif.

Fl-2005, l-industrija tad-Deterġenti u tal-Prodotti tal-Manutenzjoni tat bidu għal skema mifruxa madwar l-Ewropa kollha, “Il-Karta għal Tindif Sostenibbli”, għall-promozzjoni tas-sostenibbiltà fost kumpaniji li jagħmlu d-deterġenti u l-prodotti tat-tindif għal użu domestiku u professjonali oħrajn. 

Il-logos tal-karta u t-tifsiriet tagħhom
Meta tara dan il-logo fuq prodott, dan ifisser li dan il-prodott sar minn membru aderenti għall-Karta – kumpanija li b’mod volontarju impenjat ruħha li ttejjeb il-ħin kollu l-imġiba tagħha fir-rigward tas-sostenibbiltà u hija vverifikata b’mod indipendenti. Tista’ ssir taf aktar dwar il-kriterji dettaljati tal-Karta u dwar il-membri tagħna hawnhekk .

Meta tara dan il-logo fuq prodott, dan jgħidlek li dan il-prodott sar minn membru aderenti għall-Karta, u jmur ’l hinn mir-rekwiżiti leġiżlattivi, b’mod konformi mal-aqwa prattika tal-industrija. Dawn il-prodotti jissodisfaw standards ta’ sostenibbiltà għoljin għall-għajnuna għall-protezzjoni tas-sigurtà ambjentali, il-promozzjoni tal-użu effiċjenti tar-riżorsi, eż. permezz tal-promozzjoni ta’ formati kkonċentrati. Huma jikkonformaw ma’ kriterji ambizzjużi stabbiliti volontarjament mill-assoċjazzjoni tal-industrija tat-tindif . Tagħrif li faċli li jinftiehem mill-konsumatur dwar kif jintużaw il-prodotti b’mod li huwa aktar sostenibbli huwa impenn addizzjonali li dawn il-prodotti għandhom jikkonformaw miegħu. 

 

Fejn ser narah?
Tista’ ssib il-logo tal-Karta fuq varjetà kbira ta’ prodotti tat-tindif. Għall-ewwel, il-logo tal-Karta sejjer jinstab fuq deterġenti tal-ħasil u conditioners tal-ħwejjeġ. Imbagħad dan sejjer jinstab fuq bosta prodotti oħrajn. Iklikkja hawn sabiex taqra aktar dwar it-tipi ta’ prodotti li fuqhom sejjer issib il-logos, u fejn ser issibhom.

X’nista’ nagħmel aktar?
Ħafna mill-impatt ambjentali tal-prodotti tat-tindif ġej mill-ilma u mill-enerġija kkunsmati meta dawn jintużaw fid-dar, u din hija r-raġuni l-għala l-logos tal-Karta għal Tindif Sostenibbli huma mfasslin biex jgħinuk tnaddaf b’mod intelliġenti. Kont taf li l-mod kif tista’ tuża l-prodotti meta tnaddaf jista’ jkollu influwenza kbira fuq kemm huma sostenibbli? Mill-ħasil f’temperaturi baxxi għall-użu tad-dożaġġ korrett tal-prodott, jista’ jnaqqas l-impatt tal-prodotti tat-tindif tiegħek u jiffrankalek il-flus ukoll. Ara aktar suġġerimenti u parir dwar kif tista’ tnaddaf id-dar b’mod iktar intelliġenti.

 

Aktar info 


Deutsch Français Nederlands
Deutsch Français