Suġġerimenti għall-iffrankar tal-ilma, l-enerġija, CO2 u flus

Ilkoll kemm aħna rridu nagħtu sehemna biex ngħinu l-ambjent. Il-fabbrikanti jagħmlu sforzi kbar biex jiżguraw li l-prodotti tagħhom jagħtu riżultati tajbin ħafna meta jintużaw b'mod sigur u ambjentalment responsabbli. Bħala konsumatur, inti wkoll għandek rwol importanti ħafna x'tagħti. Billi tuża l-prodotti tiegħek b'mod responsabbli, tgħin lill-pjaneta u tiffranka l-flus inti stess!

 

Il-prodotti tat-tindif u tal-manutenzjoni tal-lum jagħmlu x-xogħlijiet domestiċi tagħna ta' kuljum ferm aktar faċli. Hekk ukoll jagħmel l-apparat tal-elettriku li jiffranka x-xogħol bħal dishwashers u washing machines. Iżda biex tiġi evitata l-ħela ta' riżorsi jew il-ħsara lill-ambjent, il-konsumaturi għandhom jużaw il-prodotti tagħhom u l-apparat domestiku tagħhom b'mod responsabbli. Kont taf li bejn 50% u 80% tal-emissjonijiet tal-karbonju relatati mal-prodotti tat-tindif jistgħu jseħħu matul il-fażi tal-użu, pereżempju meta użati f'dishwashers jew f'washing machines?

Dawn huma xi suġġerimenti utli biex inti tkun tista' tikseb l-aqwa riżultati, tnaqqas l-"impronta tal-karbonju" tiegħek u tagħti sehemek bħala konsumatur responsabbli:

Suġġerimenti għall-Ħasil tal-Ħwejjeġ

Suġġerimenti għall-Ħasil tal-Platti

Suġġerimenti għal Sustanzi tat-Tindif Għal Kull Għan

Għajnuna dwar it-Trigger Spray Cleaner

Barra minn hekk, għall-attivitajiet ta' kuljum l-oħrajn tiegħek, xi eżempji ta' prattiċi tajbin jinkludu:

- Xiri ta’ apparat domestiku effiċjenti fl-użu tal-enerġija
- Ottimizzazzjoni tal-iżolament tad-dar/appartament tiegħek

- Tuża aktar it-trasport pubbliku milli l-karozza tiegħek, b'mod speċjali meta tivjaġġa waħdek

- Tippromwovi l-użu ta' bozoz u apparat ieħor tal-elettriku li jikkunsmaw ftit enerġija

- Tevita li tħalli bibien/twieqi miftuħin meta ssaħħan id-dar

- Tagħmel ċert lit-televixins, il-kaxex ta' trasmissjoni bis-satellita u microwaves ma jitħallewx fuq standby meta ma jkunux qed jintużaw

 

 

 

 


Deutsch Français Nederlands
Deutsch Français