Use the dosing instructions

Uża l-istruzzjonijiet tad-dożaġġ

L-ammont ta’ deterġent li inti tuża għal kull ħasla jiddependi fuq kemm fih melħ l-ilma taż-żona tiegħek u fuq kemm ikunu maħmuġin il-ħwejjeġ tiegħek. Billi ssegwi l-istruzzjonijiet fuq il-pakkett, inti tkun żgur li tikseb l-aqwa riżultati filwaqt li tkun qed tgħin lill-ambjent. Hekk kif il-fabbrikanti qegħdin jagħmlu ħilithom il-ħin kollu biex itejbu l-prodotti tagħhom, dawn l-istruzzjonijiet jinbidlu minn żmien għal żmien. Dan huwa b’mod speċjali l-każ għal deterġenti tal-ħasil aktar ikkonċentrati. Għaldaqstant, kun żgur li tikkontrolla regolarment it-tabella tad-dożaġġ fuq il-pakkett anki jekk dejjem tuża l-istess ditta.  

Tista’ tara kemm-il ħasla tieħu mid-deterġent tal-ħasil tiegħek billi tara l-icon tal-“baskett tal-ħasil” li tidher fuq quddiem ta’ kull pakkett. L-icon turi n-numru ta’ ħasliet għal ħwejjeġ maħmuġin b’mod medju u b’ilma li jkollu ammont medju ta’ melħ. Dejjem ara l-istruzzjonijiet tad-dożaġġ għal gwida dettaljata.