Wash at low temperature

Aħsel b’temperatura baxxa

Ħafna nies għadhom jaħsbu li biex tagħmel ħasla tajba trid tuża temperaturi għoljin. Fil-fatt, ħafna mid-deterġenti tal-ħasil ta’ llum diġà jaħdmu tajjeb f’temperaturi baxxi filwaqt li jiggarantixxu riżultat nadif. Il-ħasil f’temperaturi għoljin jikkonsma aktar enerġija milli hemm bżonn u jista’ jiġi evitat. Għalhekk, għaliex ma teħodix drawwa li tissettja t-temperatura għal waħda iktar baxxa (20°, 30°,40°) jiddependi fuq il-ħwejjeġ li jkollok għall-ħasil? Tista’ tiffranka +/- 50% tal-enerġija, CO2 u tista’ tnaqqas il-kont tal-elettriku tiegħek b’mod sinifikanti.